top of page
Search
  • Writer's pictureChrysander Agius

X’inhuma l-affarijiet diffiċli biex tbiegħ?

Hawn min ma jorbot qalbu ma’ xejn. Kollox għalih huwa immaterjali, ma jfisser xejn. Jien naħseb li nikkwalifika bħala wieħed minn dawk. Ma tantx norbot qalbi ma’ affarijiet, Mobile tgħidx kemm il-darba tliftu!! (staqsu lil Phonerefix), karozza min jaf kemm il-darba lqattha…però, xejn, tagħtix kas. Però l-qalb kiesħa tiegħi xorta waħda ħassitha meta bgħett dawn l-oġġetti…

l-EWWEL KAROZZA

propjament din ma bgħetthiex!! Din ħadt l-iscrapping scheme. Itik xi ħaġa tagħha talli tkun se tibdel u ġġib oħra ġdida. Tafu xi tħoss meta tkun se traqqad qattusa? jew inkella xi kelb? Hekk ħassejtni. Is-Citroen Saxo ta’ qalbi, li min jaf kemm rat traġedji u affarijiet sbieħ. L-ewwel karozza ta’ dak li jkun, dejjem tara dawn it-tip ta’ drammi. Kelli niskopri li s-seats tagħha ma jinżlux. Waħħaltilha CD player Pioneer u CD changer (kien jieħu 12). Imbagħad dak in-naqra ta’ xugaman li ‘suppost’ qiegħed ħabba x-xemx…imma kulltant jintuża għal-likwidi oħra!

L-EWWEL DAR

tkun ferħan għax bgħettha, però fl-istess ħin…għalkemm se titlaq minnha, tħoss għafsa ta’ qalb. Tħoss li bi dritt kważi kważi tixtieq li dak li jkun xtraha jieħu ħsiebha. Tħossok qisek qed tagħmel żball u forsi d-dar il-ġdida mhux se tkun sabiħa daqshekk!

ĊERTU DOKUMENTI

imbagħad jekk niġu għall-karti, din diffikultà oħra. Ikun hemm dokumenti li għalkemm illum ma jiswew xejn, żgur iġorru magħhom nostalġija u xi storja tal-imgħoddi. Eżempju ta’ dan, huma xi liċenzja antika, xi manwal ta’ xi apparat antik – eżempju jien għandi l-manwal ta’ Juke box antika, xi Card tal-bank antika, skaduta. Għad għandi l-ewwel card li għamilt is-sixth form, kont dħalt parti mill-BOV club, li ma nafx għadux jeżisti.

ĊERTU ĦWEJJEĠ

ikun hemm indumenti ta’ ħwejjeġ li jgħaddi kemm jgħaddi żmien minn fuqhom, qishom jibqgħu tajbin. Jew inkella f’għajnejja jibqgħu tajbin. Jekk trid tibda gwerra qalila fid-dar tiegħi, li trid tagħmel huwa li tipprova tarmili xi wieħed minn dawn it-tops. Eżempju għandi l-flokk li kont nilbes ir-Rinella Movie Park – KALKARA. Għandi flokk tal-futbol li ġibtu miż-Żambja – Ma nilbsux imma xorta rridu hemm. Għandi boxers li għandhom toqba però mhux gravi ħafna…jgħaddu!! Il-Ħwejjeġ miegħi jimxu fi skaluni. Jibdew bħala tilbishom fil-weekend, jimxu għal fost il-ġimgħa, jaqgħu għat-training u finalment jiġu f’salib it-toroq…jintremew jew jinbidlu f’biċċa tat-tindif jew jidħlu bħala Vintage jew kostumi għad-DANUSAN

Wieħed mit-T-Shirts li għadu għandi!!






dawn huma affarijiet, oġġetti li jien sibt diffiċli biex neħles minnhom. x’taħsbu? x’kienu dawk l-oġġetti li ħassejtuha biex ħlistu minnhom?

#chrysanderagius #danusan

4 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page