Chrysander Agius
Vinny se jagħmel film
Bħalissa s-sitwazzjoni hi li hi. Ilna ma mmissu palk għal diversi xhur, dalwaqt nibdew ngħidu sena. Bħala atturi huwa mument diffiċli ħafna, kemm finanzjarjament u anke artistikament għax veru limitati f’dak li nistgħu nagħmlu. Però użajna dan iż-żmien biex ħdimna ħafna ONLAJN u wassalna t-tbissima kif stajna u fejn stajna.
Kellna nħassru XOW darbtejn fejn ħafna nies fehmu d-diffikultajiet u agħżlu li jżommu l-biljett tagħhom għal meta xi darba nirritornaw fit-teatru.
Vinny

Madanakollu ma tistgħax tingħalaq ġewwa u ma tagħmel xejn. Jeħtieġ li bħala artist moħħok jibqa’ għaddej.
U hekk qed nagħmlu.
Poġġejna madwar mejda u ħriġna b’bosta ideat u nistgħu ngħidu li għandna pjan ta’ fejn irridu mmorru. Wieħed mill-karattri li jidher jinżel għasel ma’ ħafna minnkom huwa l-karattru ta’ Vinny. Li għalkemm għandu difett bħal kull wieħed u waħda minna, cioè dak li ma tantx jara u jħawwad ħafna, għandu livell ta’ prużunzjoni esaġerata. Kien hemm li bdejna naħsbu li dan il-karattru ntellgħuh tarġa, issa li għandna ftit ċans naħdmu fuq miri ġodda. Fil-ġranet li ġejjin se nkunu qed nevolvu storja ta’ mħabba li ddur ma’ dan il-karattru u għall-ewwel darba fl-istorja tagħna ta’ DANUSAN se nikkonċentraw biex inwasslu proġett uniku u pilota għalina.
L-istorja ta’ Vinny
Il-karattru twieled minn esperjenza personali ta’ Sander, li ġie mlaqqa’ ma’ parker partikolari li ukoll inzerta ma tantx jara u li dawwru ma’ kull rokna ta’ parkeġġ bi prużunzjoni liema bħala. Bi frażijiet bħal “Żgur hawn parking hi!!” u “Mela ħsibtni ma narax!!” … wara kwarta jdur fil-parkeġġ, fl-aħħar wasal għal konklużjoni li veru ma kienx hemm!
Din id-darba Vinny, bħal dejjem, se jitlaq mill-punt fejn verament qed ifittex xogħol, u bil-perseveranza tiegħu jirnexxilu jsibu. Xogħol ma’ kumpanija fejn stennew li se jħarbat id-dinja. Però Vinny għandu wkoll qalb tad-deheb u jidħol fin-nar għal dawk qrib tiegħu. Jitfa’ għajnejh fuq tfajla gustuża … forsi wisq gustuża għalih. Bħal ma jiġrilna dejjem fil-ħajja, qisna nikklassifikaw lilna nfusna, min ħaqqu jkun magħna u min le. Qisha l-imħabba tista’ iżżommha b’xi limitu jew b’xi ħajt. Imma, bħal f’kull avventura, l-intoppi ma jonqsux u l-kumplikazzjonijiet xejn inqas.
Qed naħdmu biex dan ix-xogħol noħorġuh għal żmien SAN VALENTINU u wieħed se jkun jista’ jarah onlajn fuq il-portal li qed naħdmu fuqu biex inġibuh ħafna isbaħ u ħafna aħjar – www.danusantv.com
Atturi oħra
Tul iż-żmien dejjem fittixna u mbuttajna talenti ġodda. Hemm nies li skoprjenihom tfal u llum il-ġurnata ssibhom fuq il-palkijiet u drammi Maltin, jekk mhux barranin. Nieħdu gost meta naraw atturi li bdew magħna jilħqu orizzonti ġodda. Jekk titħajjru tkunu parti minn dan il-proġett idħlu u imlew din il-formola.
Naħsbu li se tkun esperjenza tal-ġenn!!
Finanzi
Bħal kull proġett ieħor se jkollna bżonn sponsors u għajnuna oħra. Jekk xi ħadd jitħajjar, inħeġġukom tagħmlu kuntatt magħna fuq info@danusan.com. Kull min ħadem magħna jaf li r-relazzjoni li nibnu mal-klijent hija serja u tagħti l-frott. Biex tikkuntatjana ibagħtilna email fuq info@danusan.com
GRAZZI
Bil-quddiem qed ngħidulkom grazzi, lil kullħadd, talli dejjem temmnu u tieħdu gost issegwu dak li aħna noħorġu bih!!
#danielchircop #chrysanderagius #movie #danusan #comedy #Vinny #film