top of page
Search
  • Writer's pictureChrysander Agius

Miskin Sander!!

Il-Bul

Isir ħafna stress fuq kemm hu ħażin il-bullying kontinwu u ovvjament fuq nota li nidħku ftit nixtieq naqsam magħkom il-bullying li nesperjenza jien, u jekk tridu wara żidu tagħkom.

Tkun qed tara l-logħba

Jien (miskin) inżomm mal-inter. Minħabba xogħli ftit ikolli ċans li nsegwihom live, imma d-darba li nkun nista’ għalija jkunu sagħtejn speċjali ħafna. Narmalu l-piġama. Nara li la nkun xrobt ħafna u lanqas qiegħed nieqes mix-xorb ħalli la nqum għat-toilet waqt dawk il-45 minuta u wisq inqas ikolli għalfejn inqum nixrob. Issa dan diġà għandu jgħarraf lil dawk li jkunu miegħek, diżinteressati mil-logħba, li l-biċċa hija serja. Mela għaliex waqt il-logħba ġieli jippassiġġaw fil-passaġġ ta’ bejnek u bejn it-televixin? Għaliex jintefgħu jaraw il-videos fuq youtube dak il-ħin bis-sound? Għaliex il-kelb jew il-qattus ikun irid jilgħab propjament dak il-ħin? Għaliex l-IPTV għid li tibda tinqata’ dak il-ħin ukoll? U l-agħar… meta jiġu l-mistednin eżatt malli tkun qiegħed f’nofs ta’ logħba li aħna l-interisti x’aktarx inkunu qegħdin minn taħt!

Free for all

Meta nkun fil-kamra tal-banju jien, il-privatezza ma teżistix. Kulħadd dieħel u ħiereġ mingħajr tant rispett. Tista’ tgħid li rawni iktar nies għarwien mill-funtana ta’ Tritoni. Meta mbagħad iddur ir-rota, hemmhekk mod ieħor!! Jekk tinzerta lil xi ħadd fil-kamra tal-banju, ċedi!! Tippruvax għax ma jħallukx. Allura dan mhux bullying??

Xogħol li titħammeġ isir minni

Ċertu xogħol li hemm ċans kbir li tiċċappas, titnitten u titbażwar, dak isir normalment minni. Għaliex? Ma nafx. L-ordnijiet diretti jkunu: oħroġ iż-żibel, ibdel il-cat litter, dranaġġ miżdud f’idejk ukoll, punctures u kull ħaġa li jista’ jinqalgħalha l-karozza…dawk f’idejja! Ma nħallux barra l-moqżiżiet li jistgħu jinqalgħu minn mument għall-ieħor, li għalkemm huma eċċezzjonijiet, bl-iskuża li ‘SANDER ma jiddardarx’ jaqgħu taħt id-dekasteru tiegħi!

l-aqwa post fuq is-sufan meħud

M’għandi qatt id-dritt li nieħu l-aqwa post li għandi fuq is-sufan tiegħi. Dak meħud u meta nipprova, nirċievi mill-ewwel il-famuża frażi… ‘Jien hemm!! int ma tafx toqgħod!!’ X’nagħmel, nirrapporta?

Abbużi ta’ parkeġġ

Noħorġu mid-dar u mhux l-ewwel darba li ssib lil xi ħadd li joħroġlok xi 2 kaxxi tal-birra f’parking space u jgħidlek tipparkjax hawn għax ġej ir-raġel jew sid il-ħanut. Sewwa wkoll! Bħal tal-hazards, ladarba tixgħelhom jintitolawk għall-ipparkjar bl-addoċċ.

Iktar minn 10

U s-supermarket meta tmur fil-kju. Ikollok pakkett ħalib, noodles u Sprite. Tmur f’tal-10 items. Imma fejn tinqata’ l-linja? Għax jekk ikollok 11 qisu tal-cash jagħlaq għajnejh u ma jgħid xejn…15 rajt nies ukoll. Però rajt nies ġejjin anke b’xirja ikbar. Allura naħseb li anke hawn qed isir abbuż.

Il-lista tista’ tibqa’ sejra. Però nixtieq nisma’ mingħandkom. X’jiġrilkom intom matul il-ġurnata li tista’ ssejjaħlu abbuż?

Tinsewx għandna xow daqt!


ix-xow ta' danusan - 21 u 29 Marzu

#Bullying #chrysanderagius #danusan #sander

8 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page