top of page
Search
  • Writer's pictureChrysander Agius

Kif iċċelebraw il-festi t-tim tad-Danusan ?

Żmien il-Milied għat-tim tad-Danusan jkun wieħed mimli daqs bajda u għalhekk iddeċidejna niċċelbraw il-festi bħala kumpanija fil-bidu ta’ Jannar.

Id-Danusan ħarġu bl-idea li kull wieħed u waħda mit-tim tagħhom iridu joħorġu b’attivita’ ta’ madwar siegħa biex matul il-ġurnata nagħmlu l-attivitajiet kollha magħżula f’ordni li ttelgħet bil-polza.

Meta waslet il-ġurnata, kulħadd wasal l-uffiċċju ħerqan fid-9am, sibna vann ta’ Nixon Cab Service jistenniena, u tlaqna. Għall-ewwel attivita’ morna Bowling u nqsamna f’żewġ timijiet. L-ewwel tim kien jikkonsisti minn Daniel, Maya, Elaine u Matthew u it-tieni tim kien jikkonsisti minn Sander, Danny u Vanessa. Daniel irnexxielu joħroġ it-tim tiegħu rebbieħ.

Wara il-bowling Elaine qaltilna li aħjar nitrejjqu ftit qabel inkomplu u għalhekk morna nieħdu żewġ pastizzi u bela’ te’ mir-Rabat. Għat-tieni attivita’ morna Ħad-Dingli u lagħbna logħob differenti fejn kull min jitlef kellu jieħu grokk alkoħol. Sander kien l-aktar wieħed li mar minn taħt u sa l-aħħar tal-logħob beda jidħaq naqra mhux ħażin. (Jekk tkunu se tixorbu, agħmlu bħal Sander u jekk tixorbu, ssuqux). Wara din l-attivita’ kien imiss li mmorru lunch li organizzat Maya fejn kellna wkoll l-oppotunita’ li nitgħallmu kif nagħmlu s-sushi ġo restorant jismu UMI. Ħriġna ta’ suċċess u kilna s-sushi li għamilna aħna stess flimkien mac-chef.


Chris, wieħed mit-tim tad-Danusan kellu inċident u għalhekk sfortunatament ma setax ikun magħna f’din il-ġurnata. Iżda Sander xorta waħda ħaseb kif ilaqqagħna kollha flimkien u għalhekk tagħna sorpriża u ħadna naraw lill Chris.

Issa kien imiss l-attivita’ ta’ Vanessa li ħaditna Laser Tag. L-ewwel logħba lagħbna kollha kontra xulxin. Fl-ewwel post ġie Daniel, fit-tieni post Elaine u fit-tielet post Maya. Għat-tieni logħba inqsamna f’żewġ timijiet: Maya, Sander u Elaine kontra Daniel, Matthew, Vanessa u Danny. It-tim ta’ Daniel ħareġ rebbieħ … Ovvjament għax huma kienu erbgħa u t-tim l-ieħor kienu tlieta biss hux.

Biex nagħlqu l-ġurnata, Danny ħadna nitgħallmu s-salsa. Tgħidx kemm żfinna u ħadna gost!  Kienet ġurnata li fiha sirna nafu aktar lil xulxin u għal darba minflok organizzajna attivitajiet għan-nies , organizzajnihom għalina.

37 views0 comments

Recent Posts

See All
bottom of page