Maya Scerri
Il-Willy ta' Sander
Minn Frar li ġej it-telespettaturi ta' ONE Tv kull nhar ta’ Ħadd fid-9pm se jkollhom xi ħaġa ġdida xi jsegwu. Il-Willy. Jiena Maya Scerri saqsejt lil Chrysander Agius ftit dwar il-Willy , ara x’qalilna.

X’inhu l-Willy ?
Il-Willy hu serje li jien u Daniel ilna għal dawn l-aħħar xhur naħdmu fuqu.
Il-karattru tal-Willy se jinterpretah Daniel Chircop u L-Bobby se ninterpretah jien. Il-Willy u L-Bobby huma żewġt iħbieb minn mindu kienu żgħar. Meta kibru, il-Bobby isir qassis u l-Willy jibqa’ mgerfex.

X’se jiġri waqt il-Willy ?
Li se jiġri hu li l-Willy waqt li qed jargumenta mal-Bobby , jidħol ġo sports car lussuża ta’ wieħed jismu Mario l-Pajp, raġel ta’ qattani u bis-saħħa ta’ Fr.Bobby il-karattru li se ninterpreta’ jien, il-Willy jirnexxilu jiskappa xeba’ , għaliex jikkonvinċih biex itihom perjodu ta’ żmien biex jħalsuh tal-ispejjes għamlulu .Il-ħsara se tkun ta’ mitt elf ewro , minjaf jirnexxilomx jaqduhom!
X’għandna nistennew minn dan is-serje ?
F’dan is-serje m’intomx se taraw is-soltu qtil u dwejjaq iżda qed nagħmluh bi ħsieb biex innisslu tbissima fuq wiċċ kull min se jsegwiħ. Apparti li se taraw lilna fih bħala l-Bobby u l-Willy se tiltaqgħu ma’ diversi karrattri oħra li se jinterpretawhom Matthew Raggio, Ian Fenech, Leanne Hallett, Manuel Baldacchino, Jamie Cardona, Paulette Gafa’, Miguel Sammut u Orietta Cardona.
X’tixtieq tgħidilhom lil min qed jaqra dan il-blog ?
Nixtieq ngħidilhom biex kull nhar ta’ Ħadd jagħmlu appuntament magħna fejn fih se issiru jafu jekk il-Willy u l-Bobby hux se jirnexxielom jagħqqdu xi ħaġa tal-flus biex iħallsu d-dejn li daħlu fih ma’ Mario l-Pajp u nixtieq nirringrazzjahom bil-quddiem tas-sapport li diġa qegħdin turuna.