Chrysander Agius
Id-Danusan jorganizzaw villaġġ tal-Milied
Wara li s-sena l-oħra organizzajna d-Drive Thru Christmas, din is-sena ħriġna b’idea oħra verament sabiħa speċjalment għan-nies tas-south! Il-villaġġ tal-Familja ta’ Wied il-Għajn, qed nibdluh fi Christmas in the Park. Dan il-villaġġ se jkun mimli attivitajiet għall-familja kollha MINGĦAJR ĦLAS – fosthom:

Id-dar ta’ Santa Klaws li se jkun qed jiltaqa’ man-nies u anke jagħti r-rigali. Tistgħu tibbukjaw ir-rigal għat-tfal tagħkom billi tidħlu www.christmasinthepark.mt u tixtru r-rigal minn hemm.
Fl-uffiċċju tal-posta, it-tfal jistgħu jiktbu jew jimpustaw l-ittra tagħhom lil Santa Klaws, li verament tintbagħat Lapland u jirċievu risposta lura.
Presepju ħaj.
Logħob.
Ikel u xorb.
Reindeer ta’ veru!
Campfire.
Artisian Market.

Filgħaxija mbagħad se jkun hemm programm ta’ attivitajiet minn artisti lokali. Programm ta’ kiesaħ kif jgħidu. Ħafna qed jistaqsu jekk hemmx bżonn ta’ ċertifikat tal-vaċċin… LE! Però fil-partijiet li huma magħluqa, jidħlu biss persuni li ħadu l-vaċċin jew inkella b’PCR test.
Jekk ikollkom bżonn iktar informazzjoni agħfsu hawn u kellmuna WHATSAPP
jew inkella messenger